KONKORS POEZIJA

Il-premjazzjoni tal-konkors poezija saret nhar il-Hamis 17 ta' Gunju fis-sala Immakulata Kuncizzjoni.

Ir-rebbieha kienu:

Kategorija A
L-ewwel post: Jake Bugeja
It-tieni post: Liam Cortis


Madonna

Dawn ġibtlek Madonna

tħarisx lejn il-ftit

ward sbejjaħ nagħtik

kieku rrid

 

Imma dawn tani, b’sitta

Ġilard il-ġennien,

Jekk dawn mhux biżżejjed

Nagħtik magħhom qalbi.

 

Ismgħani Madonna u aqlgħali din talbi

 

Jake Bugeja

 

 

Madonna

Kemm nixtieq jien nafda fik

Omm Ġesu’ Sidtna Marija,

Nixtieq jien kuljum inħobbok

billi nagħmel dak li jogħġbok

 

Jiena tifel miċ-ċkejknin

Żommni tifel mit-twajbin

Tħallinix ninsa it-talb

U li dan nagħmlu mill-qalb

 

Grazzi omm Sinjura tagħna

Ibqa’ dejjem indukrana

 

Liam Cortis





Kategorija B
L-ewwel post: Isabelle Cassar
It-tieni post: Isabelle Cassar

Madonna

Mara twajba u omm grazzjauża,

li bħalek imkien ma ssib

tibqa’ tħobb u tgħożż lill-bniedem

għalkemm daħħlek fit-tiġrib

 

Mara qaddisa li taf taħfer

Mara perfetta li taf tagħder

Mara umli li kont sorpriża

meta ntbaħt li Alla lilek għażel

 

Għażel lilek biex tkun ommu

minn fost in-nisa ta’ kull żmien,

Għażel lilek biex tkun ommna

meta mislub fuq salib kien

 

Isabelle Cassar

 

ID-DULURI 

Hemm tibki b’qalbha maqsuma

mara sbejħa b’tant dulur,

mixħuta taħt binha twajjeb

mislub mingħajr kulur.

 

B’wiċċha sfajjar u mbikkem

baqgħet tħares dejjem ‘il fuq,

tħares fiss lejn binha twajjeb

li bla ħtija kien mislub

 

Isabelle Cassar



Il-President tas-socjeta, is-Sur Salvino P Zammit fahhar l-inizjattiva tal-konkors u stieden lil membri sabiex jiehdu aktar sehem fl-attivitajiet li norganizzaw

Wara l-premjazzjoni, sar riceviment


 

Sponsor ufficjali tal-kotba

merlin





Ghajnuna ohra fil-konkors

nestle




DSC_0013

DSC_0022